Il-ħsieb li l-Baħrija jkollha knisja ġdida, ikbar mill-kappella li kienet tintuża kuljum mill-Baħrin, oriġina mir-Rettur taż-żona Dun Saverin Bianco li serva fil-komunita' bejn l-1951 u l-1980. Huwa kien il-moħħ wara l-Fiera Tradizzjonali li beda fl-1953. Tant li kien għamel ukoll kaxxa intitolata "New Church Fund Box" biex il-poplu benefattur ikun jista' jpoġġi l-għotja tiegħu f' din il-kaxxa għall-proġett tal-bini tal-Knisja l-Ġdida.

Dun Saverin Bianco
It-Tabella iffirmata
Il-kuntratt ta' l-art sar fit-18 t' Ottubru, 1958 bejn Dun Saverin Bianco nnifsu u nies sqallin: l-eredi tal-Konti Francesco

Is-Sit fejn kellha tinbena l-Knisja l-Ġdida

Is-salib tal-kanen li ttella' fuq il-post fejn kellha tittella' l-Knisja l-Ġdida
Hekk kif kumpanija mill-Italja ġiet maħtura biex tagħmel il-pjanti ta' kif kellha tkun oriġinarjament il-Knisja l-Ġdida, inħadmet il-pjanta u beda l-bini tal-pedamenti. Iżda l-permessi tal-bini mill-Awtoritajiet ta' dak iż-żmien ġew miċħuda u x-xogħol kollu kellu jieqaf hemm. B' hekk ix-xewqa ta' Dun Saverin Bianco u ta'
Sadanittant, żagħżugħ baħri, Danjel Caruana, li kien jattendi l-Katekiżmu għand l-istess rettur Dun Saverin Bianco, wera x-xewqa tiegħu li jingħaqad ma' l-Ordni tal-Predikaturi, magħrufin aħjar bħala l-Patrijiet Dumnikani. Wara 19-il sena, Danjel ġie ordnat saċerdot fl-20 ta' Lulju, 1974 taħt l-isem ta' Martin, (il-qaddis protettur tar-raħal fejn twieled).

Danjel Caruana flimkien ma' Dun Saverin Bianco
Issa, Patri Martin seta' jgħin aktar mill-viċin lil Dun Saverin Bianco fit-tmexxija Pastorali li kellu fil-Baħrija, kif ukoll it-tnejn li huma setgħu jaħdmu aktar flimkien għal dak il-proġett tant mixtieq

Patri Martin Caruana O.P.
Wara li l-Perit Joe Ellul Vincenti rreveda l-pjanta tal-Knisja, fit-2 ta' Mejju, 1977, huwa kiteb lid-direttur tax-xogħlijiet pubbliċi u f' isem ir-rettur talab biex issir pjanta ġdida tal-Knisja minħabba li kien qed isibha diffiċli li tinbena Knisja hekk kbira b' toqol finanzjarju tant iebes.
L-istess Perit Joe Ellul Vincenti flimkien mal-Perit Joe Sapienza għamlu pjanta ġdida li kienet totalment differenti
Għal darb' oħra id-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi bagħat ittra datata 17 t' April, 1979 lill-Perit Ellul Vincenti, jinfurmah li l-permess ghall-Knisja l-Ġdida ġie miċħud. F' inqas
Fl-1 ta' Jannar, 1980, Dun Saverin Bianco temm is-servizz tiegħu bħala rettur taż-żona tal-Baħrija, kważi tletin sena wara li hu kien ġie mogħti din il-kariga. Is-suċċessur tiegħu kien Patri Martin Caruana O.P. li kien il jagħti s-servizz tiegħu diġa' 6 snin bħala assistent ta' Dun Saverin. F' moħħ Patri Martin, fost il-ħafna ħsibijiet li kellu biex imexxi l-Baħrija 'l quddiem, ma waqaf qatt il-ħsieb tal-Knisja l-Ġdida. Huwa xorta waħda baqa' jagħmel il-Pastorali tiegħu fil-kappella u kien qiegħed iżejjinha b' mod dinjituż kif jixraq lid-Dar t' Alla. Fost oħrajn għamel damask aħmar ġdid, artal, bankijiet, taraġ għall-gallerija u saħansitra pedestall għall-istatwa ta' San Martin.

Il-Kappella l-Qadima
Il-kappella baqgħet dejjem issir żgħira ghall-kommunita' li kienet qiegħda tikber fl-attendenza tagħha għaċ-ċelebrazzjonijiet Ewkaristiċi. Fil-5 ta' Jannar, 1981, Patri Martin kiteb ittra lil
Ftit jiem wara, l-Kanċillier Annetto Depasquale kiteb lura lil Patri Martin, li filwaqt li wrih l-apprezzament tiegħu tax-xogħol siewi li kien qiegħed jagħmel fi ħdan il-Kommunita' tal-Baħrija, talbu biex flimkien ma' l-Arċipriet tar-Rabat, il-Kanonku Dun Benjamin Tonna, jagħmlu rikors ġdid għall-bini tal-Knisja l-Ġdida.
Il-Kanċillier Annetto Depasquale
Reġa' nfetaħ il-file li kien fih biss il-pjanti tal-perit fejn kien qed juri is-sit propost għall-bini tal-Knisja fil-11 ta' Jannar, 1982. Il-Kanċillier Annetto Depasquale irrisponda lil Patri Martin fil-5 ta' Marzu ta' l-istess sena, jinfurmah li kien għadu ma sar l-ebda progress dwar il-Knisja.
L-arċipriet tar-Rabat, Dun Benjamin Tonna, kiteb ittra lil Mons. Depasquale fit-13 ta' Mejju, 1982, fejn qallu li l-Kunsill Parrokkjali tar-Rabat, fis-sena 1980, kien approva li tinbena Knisja Ġdida fil-Baħrija. Dan ikkonfermah l-istess arċipriet fil-festa ta' San Martin ta' l-istess sena. Kiteb ukoll li l-Baħrin kienu lesti jaħdmu volontarjament fil-bini ta' dan il-proġett iżda li kienu qiegħdin jistennew il-permessi meħtieġa mill-Kurja biex jibda dan il-pass tant mixtieq.
Ittra oħra din id-darba mingħand

Il-Pjanta finali tal-Knisja l-Ġdida
Patri Martin ma damx wisq ma rċieva ittra oħra mingħand il-Kanċillier Depasquale fejn l-ittra kienet tgħid li l-Kanċillier Annetto Depasquale u l-Arċipriet tar-Rabat Kanonku Dun Benjamin Tonna qablu li fejn kien possibli jagħmel uzu tal-pedamenti qodma tal-Knisja.

Il-pedamenti l-qodma tal-Knisja
Fis-26 ta' Jannar, 1983, saret applikazzjoni f' isem Patri Martin Caruana O.P. għall-permess tal-bini ta' Knisja Ġdida fil-Baħrija. Fl-10 ta' Marzu, 1983, il-Kurja għarrfet lill-Periti Ellul Vincenti u Sapienza li kienet qiegħda tagħti l-kunsens tagħha għall-bini ta' Knisja Ġdida fil-Baħrija fuq l-art fil-limiti tal-Ħawlija, li għall-istess għan kienet kisbet mingħand Dun Saverin Bianco ħmistax-il sena qabel.

Fit-13 ta' Marzu, 1984, inħareg il-permess tal-Knisja l-Ġdida. It-talba ta' tant benefatturi u voluntiera li kienu lesti li jibdew ix-xogħol fil-bini tal-Knisja kienet instemgħet.
Fl-aħħar il-ħidma bla waqfien li ħadmu biha Dun Saverin Bianco u warajh Patri Martin Caruana biex il-Baħrija jkollha Knisja Ġdida Kbira u dinjituża' kif jixraq lil Alla tat il-frott tagħha.
L-Arċisqof Ġużeppi Mercieca
L-ewwel ġebla tpoġġiet fil-21 ta' Lulju, 1984


It-tqegħid ta' l-ewwel ġebla L-ewwel Ġebla
Ix-xogħol fil-bini tal-Knisja beda miexi b'ritmu mgħaġġel u wara ftit snin bdew isiru l-ewwel Ċelebrazzjonijiet Ewkaristiċi fl-istess bini. Patri Martin kien ikun preżenti bosta drabi sabiex ikun ta' wens għall-ħaddiema w voluntiera' li jkunu qiegħdin jagħtu sehemhom biex kulħadd jara din il-ħolma hekk kbira ssir realta'. Patri Martin preżenti waqt ix-xogħlijiet tal-bini Il-faċċata tal-Knisja fil-bidu tal-forma tagħha Proprju fil-festa ta' San Martin tas-sena tal-Ġublew - is-sena 2000 - ġie mżanżan il-kampnar. Ħmistax wara din l-istess festa Patri Martin Caruana miet ħesrem u l-komunitajiet nsara fil-Baħrija, r-Rabat kif ukoll dawk kollha viċin tiegħu nħasdu b'din l-aħbar hekk ta' malajr.



Il-Komunita' tal-Baħrija ssellem lil Patri Martin Caruana O.P. quddiem il-Knisja
Is-suċċessur ta' Patri Martin kien il-Kan. Dun Pawl Raggio li kompla x-xogħol fil-Knisja bl-akbar dedikazzjoni. Sar il-madum fis-sagristija, l-irħam fil-Kappella tas-Sagrament u l-Presbiterju, kif ukoll fil-foyer tal-Knisja.

Il-Kan. Dun Pawl Raggio

L-irħam tal-Presbiterju
Fis-sena 2005 Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca ħatar lil Dun Timon Mercieca bħala rettur taż-żona tal-Baħrija. Il-komunita' kollha rringrazzjat lil Kan. Raggio tax-xogħol siewi li wettaq fosthom.
Dun Timon kompla bi sħiħ dak kollu li r-retturi ta' qablu għamlu għal din il-komunita'. Kif ingħata l-inkarigu ta' rettur beda jaħdem mill-ewwel sabiex din il-Knisja jkompliha bl-irħam. Wera x-xewqa wkoll li bħala Knisja moderna jsirilha kwadru titulari kif jixirqilha. Intweriet ix-xewqa minn xi benefatturi li riedu jagħmlu Via Sagra ġdida fil-Knisja biex tieħu post dik ta' l-injam kif ukoll ingħataw donazzjonijiet għas-siġġijiet li ħadu post il-bankijiet antiki li kienu fil-Knisja. B'hekk il-ħolma li l-Baħrija jkollha Knisja kif jixirqilha sabiex fiha tkun tista' tfaħħar u tqim lil Alla issa kienet kompluta.
Il-kwadru titulari l-ġdid
Il-Knisja lesta bl-irħam u s-siġġijiet
Ir-rettur beda jħoss il-bżonn illi bħala Knisja kien jonqosha xi ħaġa iktar importanti mill-affarijiet materjali li jsebbħu dan it-tempju hekk għażiż għalina lkoll. Wara ħafna diskussjonijiet ma' l-Arċipriet tar-Rabat, il-Kan. Dun Louis Suban, kif ukoll ma' l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi fi ħdan il-Kurja ta' l-Arċisqof, ġie deċiż illi din il-Knisja, issa li nistgħu ngħidu li ġiet armata kważi minn kollox, tiġi kkonsagrata. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. laqa' bil-ferħ din it-talba u ħareġ id-digriet. Waqt li kien qiegħed isir ix-xogħol kollu sabiex tasal din il-ġurnata tant għażiża għal din il-komunita' nisranija, ingħata bidu għal xogħol ta' bini ta' altar u ambone ta' l-irħam li kellhom jiġu kkonsagrati fl-istess ġurnata flimkien mal-Knisja.

Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P.
Sadanittant Mons. Arċisqof ħatar lil Dun Timon bħala Kanoniku tal-Parroċċa ta' San Pawl tar-Rabat. Kien nhar l-Erbgħa l-1 ta' Lulju, 2009: l-Ewwel Jum tat-Tridu tal-festa ta' San Pawl meta Mons. Dun Anton Gouder bħala Vigarju Ġenerali ta' l-Arċisqof libbes lil Dun Timon Mercieca il-libsa ta' Kanoniku.
Fl-istess sena wkoll il-Knisja ta' San Martin Isqof kienet qiegħda tiċċelebra egħluq il-25 Sena mit-tqiegħid ta' l-ewwel ġebla. Mons. Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca kixef lapida ta' tifkira nhar it-Tnejn 13 ta' Lulju, 2009: proprju dik il-ġimgħa li fiha kellha tiġi kkonsagrata l-istess Knisja.
Il-Konsagrazzjoni tal-Knisja saret minn Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. nhar il-Ħadd 19 ta' Lulju, 2009 b'Quddiesa Kkonċelebrata flimkien mar-rettur il-Kan. Dun Timon Mercieca, l-Arċipriet tar-Rabat il-Kan. Dun Louis Suban u bosta saċerdoti oħra fosthom djaknu dumnikan Fr. Llewellyn Muscat O.P. Folla numeruża attendiet għal din l-okkażjoni daqshekk importanti fl-istorja tal-Knisja tal-Baħrija. Id-djaknu Fr. Llewellyn O.P. 