Knisja San Martin Bahrija - Malta

Avviżi

IL-ĦADD  5 TA’ SETTEMBRU 2010

IT-23 ĦADD MATUL IS-SENA

 

Għada/illum il-Ħadd huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk bħas-soltu issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja tagħna. Bħalissa qed niġbru fondi għall-proġett tal-iStatwa u l-Festa.

 

 

1.             Il-llejla kien ser isir l-aħħar BBQ fiż-Żona tal-Kunċizzjoni. Minħabba l-maltemp tħassar u ser isir is-Sibt li ġej. Kull min jixtieq jattendi javvża lil xi ħadd mill-helpers jew lil Lina Formosa fuq in-numru li jinsab fin-notice board (tel:- 27454073).

 

2.             Il-Kor Dilectio Pauper ser jiltaqa’ nhar it-Tlieta li ġej bi preparazzjoni għall-Griżma kif ukoll għall-Festa ta’ San Martin li dalwat tkun magħna. Il-membri huma mħeġġa li jattendu. Nibdew fis-7.00pm.

 

3.             Nhar l-Erbgħa ssir il-festa tat-twelid tal-Verġni Marija (il-Vitorja). Infakkarkom li din mhix festa Kmandata iżda tajjeb li nqaddsu din il-ġurnata għażiża bis-smiegħ tal-Quddies. Minħabba li dak in-nhar ser isir tieġ filgħaxija fil-Knisja tagħna l-Quddiesa tal-ġurnata ssir fis-7.00 a.m.

 

4.             It-tfal tal-kidz klub ser itellgħu reċta nhar il-Ġimgha 10 ta’ Settembru fil-foyer tal-Knisja wara l-Quddiesa tas-6.30pm.  Kulħadd huwa mistieden jiġi jarhom.  Wara ser ikun hemm ħin biex min irid jista’ juri t-talent tiegħu bħal daqq ta’ xi strument, kant, żfin u oħrajn. Tfal li m’attendewx il-kidz klub huma mħeġġa jipparteċipaw huma wkoll. Għal aktar informazzjoni tistgħu tkellmu lil Claudia Cini jew lil xi ħadd mill-voluntiera tal-kidz klub.

 

5.             Nhar it-Tnejn 13 ta’ Settembru ser ningħaqdu mal-Grupp tal-Kompensatriċi fejn ser immorru B’Kara fejn niċċelebraw flimkien Quddiesa bil-Barka Sagramentali fil-Knisja tal-Ħerba. Kull min jixtieq jiġi javżani minnu fih. Tluq fl-4.00 p.m. minn ħdejn il-Knisja.

 

6.             Mal-FLIMKIEN ta’ Ottubru ser jitqassmu l-envelopes tal-Festa. Jerġgħu jinġabbru mill-helpers tal-Knisja meta jiġu jgħatukom il-Ktieb tal-Festa. Nitlobkom tkunu ġenerużi ħalli ngħamlu Festa qaddisa madwar San Martin, patrun tagħna.

 

7.             Importanti li it-tfal kollha li ser jibdew id-duttrina din is-sena għall-ewwel darba (dawk li twieldu fis-sena 2004) għandhom jinkitbu għandi sa nofs Settembru. Huwa mportanti li ġġibu magħkom l-ID card u ċertifikat tal-Magħmudija. Kull min tagħmmed il-Baħrija jista’ jsirlu ċ-ċertifikat mill-Uffiċċju tiegħi stess.

ATTENZJONI GĦAT-TFAL KOLLHA TA' RIEDA TAJBA

 

KULL MIN JIXTIEQ/TIXTIEQ JIDĦOL/TIDĦOL ABBATI JEW MEMBRU FIL-KOR U DIĠA' GĦAMEL/GĦAMLET IL-PREĊETT JAVVŻA/TAVVŻA LIR-RETTUR JEW LIL XI HELPER IEĦOR.

Recent Blog Entries

No recent entries