Knisja San Martin Bahrija - Malta

ATTIVITAJIET GĦAX-XAHAR TA' AWWISSU/SETTEMBRU

DUTTRINA

Għeżież Ġenituri,

Iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof qiegħda toqrob sew, u għalhekk kif wegħdnikom, bħala tħejjija ser issiru diversi laqgħat. Din is-sena l-Griżma ser issir nhar it-18 ta’ Settembru fil-5.30 pm minn Mons. Alwiġ Deguara.

 

Il-laqgħat ser issiru kollha fil-Knisja kif ġej:

 

·        Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu fis- 7.15 pm laqgħa għat-tfal, ġenituri u parrini – f’din il-laqgħa jitqassam il-qari, u xi servizzi oħra lit- tfal.

 ·        Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Settembru fis- 7.15 p.m. laqgħa għat-tfal u provi tal-qari, Quddiesa, eċċ.,

 ·        Nhar il-Ħamis 16 ta’ Settembru fl-4.15 p.m. Qrar (għat-tfal u ġenituri) u provi tal-qari eċċ.

Importanti niftrakkru li dak in-nhar tal-Griżma ma jkunx possibli li jsir qrar għalhekk wieħed għandu jaħseb qabel.

Filwaqt li nħeġġukom biex tattendu, nsellmulkom u nawguraw li jkollna ċelebrazzjoni xierqa, sabiħa u fuq kollox qaddisa.

 
 
 

Dejjem Tagħkom fil-Mulej

Kan. Dun Timon Mercieca

Rettur

 

__________________________________________________________________________________

It-tfal kollha li ser jibdew id-duttrina din is-sena għall-ewwel darba (dawk li twieldu fis-sena 2004) għandhom jinkitbu għandi. Huwa mportanti li ġġibu magħkom l-ID card u ċertifikat tal-Magħmudija. Kull min tagħmmed il-Baħrija jista’ jsirlu ċ-ċertifikat mill-Uffiċċju tar-Rettur stess.

Recent Blog Entries

No recent entries