Nilqgħuk fis-sit tagħna. Nittamaw li jgħoġbok, u li terġa' żżurna, biex tkun tista' tara l-attivitajiet il-ġodda li jkollna, jew li nkunu qiegħdin nippreparaw għalihom.
Il-Knisja tal-Baħrija hija ddedikata lil San Martin Isqof ta' Tours. Fost il-Knejjes Maltin kollha din hija l-unika Knisja ddedikata lil dan il-Qaddis.
Il-festa ta' San Martin tiġi ċċelebrata nhar il-11 ta' Novembru. Bħala festa esterna ssir l-eqreb Ħadd tad-data. Skond it-tradizzjoni tinżamm ukoll "Il-Fiera tad-Dundjani" kif inhi magħrufa. F' din il-fiera wieħed isib għall-bejgħ pjanti, ħxejjex, għasel u nbid ta' Malta, u ħafna oġġetti oħra. Ikun hemm għaddejjin ukoll tul il-ġurnata lotteriji, fejn fost oħrajn jistgħu jintrebħu dundjani u ħrief. Tingħata wkoll borża lit-tfal b' ħelu u frott kif ukoll ġewż, lewż, qastan u tin li huma sinonimi tradizzjonali mal-festa tas-Sajf ta' San Martin.
Fil-Knisja tagħna isiru: Magħmudija, Praċett, Griżma ta' l-Isqof, Funeral, Tiġijiet fost oħrajn.
Ħinijiet tal-Quddies
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: (Xitwa) - 6.00 p.m. (Sajf) - 6.30 p.m.
Is-Sibt: (Xitwa) - 5.00 p.m. (Sajf) - 5.30 p.m.
Il-Ħadd: 6.00 a.m. u 9.00 a.m.
Indirizz:
Kan. Dun Timon Mercieca
"Dar San Martin"
Triq Patri Tumas Xerri O.P.
Baħrija - RBT 6052
Malta
(+356) 2145 4108
(+356) 2745 4108
Ħinijiet ta' l-Uffiċċju:
Tlieta sal-Ġimgħa: 4.30pm sal-5.30pm
Ġranet u ħinijiet oħra bl-appuntament
© Kull dritt riservat - copyright sanmartinbaħrija2008